Futbol Sport

Il-Malta Premier tħabbar proġett ta’ bini ta’ Stadium ġdid tal-futbol

Dehra artistika minn ġewwa tal-Istadium il-ġdid li se tkun qed tibni l-MPL.
Dehra artistika minn ġewwa tal-Istadium il-ġdid li se tkun qed tibni l-MPL.

Malta dalwaqt se jkollha stadium ġdid ta’ Livell 3 tal-UEFA mibni fil-Marsa, iddisinjat biex jissodisfa l-istandards internazzjonali u ispirat mill-Aspmyra Stadion ta’ Bodo/Glimt. Il-faċilità, li se jkun qed jakkomoda 5,000 spettatur. Id-disinji ta’ dan l-istadium il-ġdid li se jkun qed jinbena mill-Malta Premier, se jinkludi żewġ stands għal partitarji tal-home u tal-away, suites VIP għall-ospitalità, u pitch artifiċjali adattat għat-temp sħun ta’ Malta.

Il-Malta Premier League ħabbret li l-kostruzzjoni se tibda fl-2027 u mistennija titlesta sal-2030. Ladarba jitlesta, l-istadium se jkun eliġibbli biex jospita logħbiet sa fażi tal-kampjonat tal-UEFA Champions League, Europa League u Conference League.

Il-proġett se jinkludi wkoll pitch tat-taħriġ, faċilitajiet għar-rugby u l-baseball, u se jservi bħala spazju multi-funzjonali kapaċi jospita kunċerti u avvenimenti kbar, anke fi żmien 48 siegħa minn logħbiet tal-futbol. L-art tappartjeni lill-federazzjoni lokali tar-rugby, li se tirċievi clubhouse ġdid bħala parti mill-ftehim.

Iċ-Ċermen tal-MPL, Joseph Muscat, u s-CEO Alan Abela, iddeskrivew il-proġett bħala “dar ġdida għall-futbol Malti.”