Lokali

“Illum nistgħu nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ mijiet ta’ persuni” : Jingħata bidu għall-maratona ta’ Puttinu

Ritratt: Facebook

Illum fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira pajjiżna se jerġa’ jingħaqad f’ġest ta’ solidarjetà mal-Fondazzjoni Puttinu Cares – fondazzjoni li tul is-snin kienet qrib mijiet ta’ familji u individwi li ġew bżonn għajnuna essenzjali.

Se nkunu nistgħu insegwu l-istejjer ta’ mijiet ta’ persuni li b’xi mod jew ieħor, Puttinu għamel differenza fil-ħajja tagħhom. Nistgħu nkun parteċipi bid-donazzjonijiet tagħna biex nghinu u nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ min għaddej minn tbagħtija.

Il-maratona ta’ Puttinu tixxandar fil-Ġimgħa l-Kbira fuq l-istazzjonijiet lokali, fosthom Net Television, bejn id-9am u t-3pm. U tkompli tard filgħaxija, wara t-8pm.