Internazzjonali

L-Artemis 2 javviċina l-qamar waqt missjoni oħra storika

L-astronawti fuq ir-rokit Artemis 2, bħalissa, għaddejjin bl-ewwel fażi tal-missjoni biex jorbitaw il-qamar wara l-proċess ta’ ‘lift-off’ storiku li kien konkluż mingħajr problemi matul il-jum tal-Ħamis.

Il-missjoni tan-NASA għandha ddum għaddejja l-ġranet u meta l-astronawti – tlett Amerikani u Kanadiż – qed jippreparaw biex jaslu f’punt fejn jistgħu jisfruttaw il-gravità tal-qamar biex  iduru kompletament miegħu qabel ir-ritorn lura lejn id-dinja…Vjaġġ li għandu jsir possibbli permezz ta’ proċess magħruf bħala orbital mechanics u li jippermetti għall-veloċità massima ta’ dan ir-rokit.

Din hi wkoll l-ewwel missjoni ta’ dan it-tip għal dawn l-aħħar  50 sena, bl-Istati Uniti mill-ġdid qed taħseb biex tikteb paġna ġdida fl-istorja tal-esplorazzjoni spazjali.

Fil-fatt, il-missjoni hi l-ewwel waħda tipika mill-1972, meta seħħet l-famuża espedizzjoni bl-Apollo 17.

L-astronawti – Reid Wiseman, Victor Glover, Christina Koch u Jeremy Hansen – fl-aħħar sigħat, kienu f’kollaborazzjoni mal-kontrolluri tal-missjoni fejn irrakkuntaw il-dehriet fenomenali tal-pjaneta tagħna u l-prossimità tal-qamar.

Fl-istess ħin, is-suċċess tal-missjoni hi importanti ħafna għar-reputazzjoni tan-NASA kif ukoll għall-kredibbiltà tal-Istati Uniti…Potenza li qed taħseb biex tistabbilixxi ruħha mill-ġdid bħala l-protagonista ‘numru wieħed’ fl-hekk-imsejjaħ ‘space race’…Industrija li, fuq kollox, tinvolvi l-proċessi għall-esplorazzjoni tal-ispazju aktar avventurużi.