Somalu ta’ 50 sena residenti Raħal Ġdid kien arrestat minn Spettur tal-Pulizija li kien off-duty
ftit ħin wara li allegatament numru ta’ persuni sfaw misruqa fiż-Żurrieq
Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-20:00, dan l-uffiċjal ġie avviċinat minn xi nies li infurmawh li sabu xi oġġetti, fosthom mowbajls, ġgieket u basket neqsin, waqt li kienu fil-Knisja taż-Żurrieq.
Dawn l-istess persuni taw deskrizzjoni tar-raġel fejn indikawlu li ftit tal-ħin qabel innutawh
idur b’mod suspettuż fil-knisja. Minnufih l-Ispettur beda jfittex lil din il-persuna u rah miexi fi
Vjal Blue Grotto u ġie arrestat. Fil-pussess tiegħu nstabu l-oġġetti li allegatament kienu
nsterqu ftit ħin qabel.
L-uffiċjal talab għall-assistenza, fejn ir-raġel ittieħed fl-Għassa tal-Pulizija fejn baqa’ jinżamm
għal aktar investigazzjonijiet.


