L-Awtorità tas-Saħħa qed tinforma lill-pubbliku b’informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF) li l-prodotti li jidhru hawn taħt m’għandhomx jintużaw minħabba l-migrazzjoni ta’ livelli għoljin ta’ ċomb u kadmju (metalli) meta jiġu f’kuntatt mal-ikel.
Dan skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel.

Livelli għoljin ta’ dawn il-metalli li jaqbżu l-limiti permissibbli jpoġġu riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-konsumaturi.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Kodiċi tal-prodott: | Volum: | Numru tal-lott |
| Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi tal-qara ħamra) | 3057450 | 220ml | Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Awwissu 2024 ’l hawn |
| Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi tal-larinġ) | 3062993 | 220ml | Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Mejju 2025 ’l hawn |
| Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi ta’ qlub ħomor żgħar) | 3052986 | 220ml | Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Jannar 2024 ’l hawn |
| Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi tal-frawli) | 3053912 | 220ml | Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Frar 2024 ’l hawn |
| Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi ta’ lumi sofor) | 3055350 | 220ml | Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Mejju 2024 ’l hawn |
Il-konsumatur m’għandux juża dan il-prodott.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt
//= $special ?>

