Lokali

Titħassar il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tax-Xagħra Għawdex

Ritratt; Xagħra Parish

L-instabbiltà fit-temp qed toħloq inċertezza lid-dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira hekk kif iċ-ċans ta’ maltemp jista’ jkun li jirriżulta f’purċissjonijiet ikkanċellati.

Fil-fatt, l-ewwel lokalità li ħabret li se tkun qed tħassar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet ix-Xagħra f’Għawdex.

Kien propju fuq il-midja soċjali li ġie mħabbar li l-purċissjoni mhux se tkun qed issir, minkejja dan, fit-3pm se ssir it-tifkira solenni tal-passjoni tal-Mulej u fis-6pm se ssir il-Via Sagra Meditata fil-Knisja.