Lokali

Toħroġ sejħa għal aktar Maġistrati fil-Qorti Maltija

F’dawn il-jiem, ħareġ sejħa pubblika għal żewġ maġistrati ġodda….hekk kif qed jibqa’ jinħass in-nuqqas ta’ membri fost il-ġudikatura.

Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bid-dokumenti kollha sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 23 t’ April, lis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.

Din is-sejħa qed issir wara li fl-aħħar jiem intgħażlu żewġ imħallfin ġodda, li t-tnejn li huma kienu jservu ta’ maġistrati.

Fl-aħħar snin, il-Prim Imħallef u anke l-Kamra tal-Avukati insistew fuq il-bżonn li jissaħħu r-riżorsi tal-Qrati…u jiżdiedu l-membri tal-ġudikatura sabiex tiġi indirizzata l-kriżi fil-kawżi pendenti.