Lokali

Vandaliżmu estensiv permezz ta’ graffiti mal-faċċati tad-djar u negozji fil-Gżira

Numru ta’ residenti u anke sidien ta’ ħwienet sebħu l-Ġimgħa filgħodu biex sabu l-ħitan, faċċati u bibien ta’ garaxxijiet mimljin graffiti.

Filmat li qed jiċċirkola fil-midja soċjali juri persuna liebsa beritta u li qed iddur u b’mod mhux organizzat titfa’ spray taż-żebgħa ma’ bibien, ħitan, faċċati u anke ma’ negozji f’numru ta’ toroq fil-Gżira.

It-toroq affetwati jinkludu Triq Belvedere, Triq L-Immakulata Kunċizzjoni, Triq Luqa Briffa u anke Triq San Albert.

Ritratti li waslu għand NetNews juru vandaliżmu estensiv, permezz ta’ bott tal-ispray u graffiti mħażżeż mal-faċċati tad-djar tan-nies.

Il-Pulizija kienet mgħarfa b’dan, u fil-fatt f’idejha għandha l-istess CCTV footage li qed idur online. Li juri ċar li l-vandalu wettaq dan l-att għall-ħabta tat-tlieta tal-Ġimgħa filgħodu.