Fjorista Malti huwa parti minn grupp ta’ persuni li jarmaw il-fjuri fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan għall-Festi maġġuri; bħal Milied u l-Għid.
U f’dawn iż-żminijiet David Grech ikun il-Vatikan sabiex jarma’ l-fjuri għall-funzjonijiet relatati ma’ dawn iż-żminijiet qaddisa.
Net News tkellem ma David Grech, u mill-Vatikan, spjegalna kif għalih, din il-biċċa xogħol mhix biss appuntament annwali – imma esperjenza volontarja li tnissel fih unur.
Apparti min hekk David saħaq magħna kif anke l-kulur tal-fjuri, għandu sinifikat speċjali – Dan anke wara li l-Papa appella sabiex f’dawn iż-żminijiet jieqaf il-ġlied relatat mal-Gwerer.
David Grech għalaq billi saħaq li din l-esperjenza tagħmlu onorat li d-donn li taħ Alla qed jużaħ biex ikompli jfaħħar ismu f’post bħal ma hi l-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan – Kien għaw fejn anke semma’ kif minajr ma jrid jiftakar f’missieru, u f’kemm kien ikun kburi jara’ lilu propju fil-post fejn iqaddes il-Papa.


