“Ic-Child Trust Fund hija l-ewwel imbuttatura lil żgħażagħ ta’ 20 sena biex ikomplu jinvestu fil-futur tagħhom u jiksbu l-ħolm il-ħajja adulta tagħhom.”
Kien dan il-messaġġ li wasslet l-opinjonista Amy Camilleri Zahra meta, kienet mistiedna fuq il-programm NETLIVE fejn tkellmet dwar waħda mill-proposti ewlenin tal-PN – ic-Child Trust Fund.
Camilleri Zahra sostniet li l-ħsieb m’għandux ikun biss fuq l-edukazzjoni primarja u sekondarja – iżda fuq il-lifelong learning. L-opinjonista saħqet dwar l-importanza li meta l-politiċi jfasslu l-proposti jagħmluhom b’tali mod li jpoġġu fiċ-ċentru l-mudell ekonomiku u li jħallu impatt fuq it-temi l-aktar bażiċi, fosthom is-saħħa, x-xogħol u t-traffiku.
Amy Camilleri Zahra stqarret li ftit nitkellmu dwar l-impatt li x-xogħol għandu fuq il-ħajja u s-saħħa mentali tal-individwi. Qalet kif illum il-ġurnata hawn ħafna nies li jbatu mill-ansjeta għax isibuha diffiċli biex ilaħħqu ma’ kollox.
B’rabta mal-Proposta tac-Child Trust Fund, l-opinjonista sostniet li se jkun qed tagħti lok liż-żgħażagħ sabiex jinvestu fl-istudji, negozju, proprjeta u fuq kollox fil-futur tagħhom. Faħħret ukoll is-sistema ta’ kif jaħdem dan il-fond fejn il-5,000 ewro jitpoġġew mal-ewwel f’kont bankarju u ġaladarba l-wild jagħlaq 20 sena ikun jistgħa jibda jagħmel użu minn dawn il-flus.
Amy Camilleri Zahra temmet tisħaq li l-fond itaffi ukoll ftit mill-piż tal-ġenituri li jridu jgħinu lil uliedhom finanzjarjament.
//= $special ?>
