Illum, il-Knisja tfakkar iċ-ċelebrazzjoni ta’ Sibt il-Għid – il-jum li fih jilħaq il-qofol tiegħu t-tridu tal-Għid. Biex imbgħad, għada, isiru l-funzjonijiet tal-Għid il-Kbir bil-purċissjonijiet tradizzjonali bil-vara ta’ Kristu Rxoxt.
Dalgħodu, l-Arċisqof, mexxa l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. U fit-8pm l-Arċisqof imexxi l-Liturġija tal-Vġili tal-Għid. Iċ-ċelebrazzjoni tibda bit-tberik tan-nar ġdid fuq iz-zuntier tal-Konkatidral u tkompli bil-Liturġija tal-Kelma, il-Liturġija tal-Magħmudija u l-Liturġija tal-Ewkaristija.
Matul din iċ-ċelebrazzjoni se jiġu amministrati s-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija (magħmudija, griżma u tqarbin) lill-katekumeni adulti.
//= $special ?>
