Internazzjonali

Raġel imut wara li ġie attakkat minn barri waqt il-ġlieda tradizzjonali tal-Għid

Raġel ta’ 51 sena tilef ħajtu fatalment minn barri waqt li kien qed jgħin fit-tħejjijiet għal ġlieda tradizzjonali tal-barri f’Malaga, Spanja.

Ricardo Ortiz kien qed iniżżel il-barri fl-arena La Malagueta meta wieħed mill-annimali attakkawh, u kkawżalu ġrieħi fatali.

Huwa kien ilu snin twal involut fid-dinja tal-barri, minkejja li kien irtira minn matador aktar minn 20 sena ilu.

Dan l-inċident seħħ lejliet il-Corrina Picassiana, spettaklu ispirat mill-artist mondjali Pablo Picasso, li jsir kull sena fil-perjodu tal-Għid.

L-organizzaturi esprimew sogħba kbira u taw il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Filwaqt li f’Spanja jsiru madwar 1,500 ġlieda tal-barri fis-sena, dawn l-attivitajiet jibqgħu kontroversjali, b’ħafna jqieshom bħala tradizzjoni kulturali u oħrajn jikkundannawhom bħala att krudili.