Kompliet teskala s-sitwazzjoni fl-Lvant Nofsani, hekk kif il-Forzi tal-Armati mill-Istat Uniti u mill-Iran għaddejjin bi tfittxija għall-membru tal-ekwipaġġ wara li fighter jet Amerikan allegatament ġie attakkat u waqa’ fin-naħa t’isfel tal-Iran.
Rapporti jgħidu li fighter jet tat-tip F-15 kellu żewġ membri abbord. Wieħed mill-pilota rnexxielu jiġi salvat, filwaqt li l-ieħor għadu nieqes.
S’issa għadu mhux magħruf x’ġara lill-persuna li tinsab nieqsa.
Il-midja statali Iranjana rrappurtat li l-forzi tas-sigurta qed ifittxu lil dan is-suldat u appellaw għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab ħaj, filwaqt li offrew premjijiet finanzjarji għal min jipprovdi xi tip ta’ informazzjoni.
Intant, Iran qal li spara fuq fighter jet ieħor fir-reġjun tal-Golf. Madankollu, rapporti fil-midja Amerikana jindikaw li fighter jet tat-tip A-10 kien fil-mira waqt missjoni ta’ salvataġġ relatata mal-ewwel inċident, bil-pilota jiġi salvat.
Fl-istess ħin, Iżrael qal li wettaq xi attakki fuq infrastruttura kritika f’Tehran, fl-Iran. Servizzi tal-emerġenza fl-Iżrael irrapurtaw li persuna weġġgħet wara li missila mill-Iran ġiet interċettata.
//= $special ?>

