Inġabret is-somma sabiħa ta’ €3,311,391 fil-maratona ġbir ta’ fondi li saret f’jum il-Ġimgħa l-Kbira, b’risq Puttinu Cares – fondi li se jkunu qed imorru għal dawk kollha li l-aktar għandhom bżonn f’pajjiżna, fosthom familji u individwi li ġew bżonn għajnuna essenzjali.
Għal dan l-appuntament annwali ingħaqad flimkien il-pajjiż kollu fosthom anke l-mexxejja tal-pajjiż. Fil-fatt, kien propju l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien ma’ Sarah li kienu preżenti jirrispondi t-telefonati deħlin bid-donazzjonijiet.
F’messaġġ li wassal Alex Borg, spjega kif hu flimkien ma’ Sarah kellhom iċ-ċans li jmorru fl-appartamenti ta’ Puttinu biex jiltaqgħu mal-pazjenti u l-familji tagħhom. Fejn mill-qrib huma raw il-ħidma tal-voluntieri u l-ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol minn qalbhom.
Waqt din il-maratona tkellmu diversi persuni, kemm dawk li huma stess kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Puttinu, kif ukoll familja ta’ nies li ġew fil-bżonn ta’ Puttinu Cares li sfortunatament m’għadhomx magħna.
Il-maratona ta’ Puttinu xxandret fuq l-istazzjonijiet lokali, fosthom Net Television, bejn id-9am u t-3pm u laħqet il-qofol tagħha tard il-Ġimgħa filgħaxija.
//= $special ?>
