Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky akkuża lil Russja li għażlet tkompli bl-attakki ankè fi żmien tal-Għid.
Zelensky qal dan li wara r-Russja għażlet li ma tieqafx temporanjament mill-ġlied, hekk kif ir-Russja wettqet attakk massiv b’drones u missili fuq l-Ukrajna.
F’dawn l-attakki nqatlu sitt persuni ċivili u ndarbu madwar 40 oħra, hekk kif ġew sparati mijiet ta’ drones u missili madwar il-pajjiż.
Fir-reġjun ta’ Zhytomyr, viċin il-belt kapitali ta’ Kyiv, timijiet tas-salvataġġ kellhom ifittxu n-nies ċivili taħt it-tifrik minħabba li bosta persuna spiċċaw maqbuda.
Zelensky qal li dawn l-attakki saru b’tentattiv għall-proposta tiegħu li jkun hemm waqfien temporanju matul il-festi tal-Għid tal-Ortodossi, fejn sostna li r-Russja intensifikat l-attakki.
Sadanittant, l-Ukrajna wettqet diversi attakki fir-Russja, b’mod partikolari fuq faċilitajiet tal-enerġija u impjanti industrijali, inkluż port f’Ust Luga u fabbrika f’Togliatti.
Zelensky wissa ukoll li l-gwerra fl-Lant Nofsani tista’ tnaqqas l-appoġġ militari lill-Ukrajna, b’mod partikolari fil-provvista tal-missili difensivi.
//= $special ?>

