Attakk bi drone Russu fuq suq fl-Ukrajna qatel ħames persuni, u darab 21 persuna, inkluża tifla ta’ 14-il sena.
Dan intqal mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, li spjega wkoll li dan l-attakk seħħ għall-ħabta tad-09:50, ħin lokali fl-Ukrajna, fil-belt ta’ Nikopol.
Ritratti li ġew ippubblikati juru diversi kiosks imkissra u mimlija metall u ħġieġ.
Il-Ġimgħa stess, 15-il persuna ċivili oħra sfaw maqtula wara li ntlaqtu minn drones u missili li laqtu lill-Ukrajna.
Skont ir-Russja, matul il-lejl l-Ukrajna attakkat il-belt ta’ Taganrog, fejn qatlet tal-inqas persuna waħda u darbet erba’ oħra.
//= $special ?>

