Internazzjonali

“Abbandunaw il-kilba għall-poter” – Il-Papa Ljun XIV

Ejja nabbadnunaw il-kilba għall-poter, il-kunflitti u x-xewqa li niddominaw.

Kien dan l-appell imqanqal li wassal il-Papa Ljun 14 fl-ewwel messaġġ tiegħu ta’ Ħadd il-Għid minn mindu laħaq bħala l-Mexxej tal-Knisja Kattolika, fejn ħeġġeġ lil dawk li għandhom il-poter biex jitolbu lil Alla biex iħeġġeġ il-paci fid-dinja li tinsab mifinija bil-mibgħeda u l-indifferenza.

Mill-Gallarija tal-Bażilika ta’ San Pietru huwa tenna biex min għandu l-armi jniżżilhom, biex min għandu s-setgħa jagħżel il-paċi li tkun mibnija fuq id-djalogu.

Dan filwaqtli fid-diskors tiegħu għamel referenza għal dak li kien qal il-Papa Franġisku meta stqarr li l-poplu qed jidra l-vjolenza u dan qed iwassal biex kulħadd jieħu attitudni ta’ indifferenza.

Il-Papa Ljun 14 qal li din il-vjolenza ta’ madwar id-dinja hija propju l-oppost ta’ dak li tissimbolizza l-festa tal-Għid – li hija ċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu fuq il-mewt.

Wara li wassal il-messaġġ tiegħu lill-pjazza ippakjata bin-nies, il-Papa Ljun 14 ħabbar li se jkun qed isir viġil ta’ talb nħar is-Sibt 11 ta’ April fil-Bażilika ta’ San Pietru.

Il-Papa Franġisku wkoll kien organizza viġil simili fis-Sirja lura fl-2013, fejn 100 elf persuna kienet attendiet.

Intant, il-Papa ta l-awgurju tiegħu f’10 lingwi differenti inkluż fost oħrajn bl-Għarbi, iċ-Ċiniż, u l-Latin u wara qal it-talba tar-Reġina Coeli u ta l-Urbi et Orbi.