Il-ġurnata ta’ Ħadd il-Għid kienet waħda impenjattiva ferm għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li qatta’ l-għodwa mal-Qriema – fejn segwa l-purċissjoni tal-Irxoxt li toħroġ mill-parroċċa ta’ San Bastjan kif ukoll dik li tiġi organizzata mill-parroċċa ta’ San Ġorġ.



Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu l-opportunità jitkellem ma’ diversi familji, u anke t-tfal tagħhom – li ferħanin, kienu qed jiċċelebraw din il-ġurnata b’xi figolla f’idhom jew bajda tal-Għid. Tradizzjoni antika li għadha ħajja ferm f’pajjiżna, u li tixhed ukoll l-għaqda li jġib miegħu dan il-jum.


Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll mall-fratelli u r-reffiegħa li kienu qed jieħdu sehem f’dawn il-purċissjonijiet. Dan filwaqt li ħafna qasmu miegħu l-ħsibijiet tagħhom dwar diversi temi li bħalissa huma topiċi – apparti li awgurawlu għall-ħidma li qed iwettaq bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.





Alex Borg kien akkumpanjat f’Ħal Qormi minn Sarah u l-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola, flimkien max-Shadow Ministers Ryan Callus u Jerome Caruana Cilia, l-MEP Peter Agius u anke nurmu ta’ kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni Ġenerali li jmiss.




