Anzjan ta’ 87 sena kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u ħabat ma’ siġra f’Ħ’Attard.
Kienu għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar, meta anzjan li kien qed isuq BMW fi Triq In-Nutar Zarb tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu bil-konsegwenza li kellu impatt ma’ siġra biżwit l-ispeed camera.
Fil-post isejjħu tim mediku u ambulanza sabiex jassistu lill-anzjan residenti Ħal Lija li kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin filwaqt li l-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>

