Far famuż li kien isib il-mini taħt u fuq l-art, li jintużaw biex jeqirdu lill-għadu, u li kien ingħata midalja tad-deheb għall-atti erojċi tiegħu, ġie kkommemorat bi statwa — statwa li hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha mhux biss fil-Kambodja, iżda fid-dinja.
Magawa, li miet meta kellu tmien snin, kien sab ‘il fuq minn 100 mina ta’ dan it-tip flimkien ma’ splussivi oħra fil-Kambodja, matul il-karriera tiegħu li kienet mifruxa fuq ħames snin u li bdiet fl-2016.
Din l-istatwa ta’ dan il-far kienet imnaqqxa fil-ġebel mill-artist ta’ Siem Reap nhar il-Ġimgħa li għaddiet, fil-Jum Internazzjonali biex titqajjem kuxjenza dwar il-mini li jintużaw bħala arma.
Dawn il-mini taħt l-art, li ħafna drabi jkunu mimlija bl-isplussivi, huma ta’ riskju kontinwu fil-Kambodja, u aktar minn miljun persuna għadhom kontinwament jaħdmu fuq art mimlija b’dawn il-mini.
Intant, Magawa, li huwa far enormi mill-Afrika, ingħata t-taħriġ mill-organizzazzjoni Belġjana Apopo.
//= $special ?>

