Lokali

Fl-400 sena ta’ Parroċċa f’Ħal Għaxaq: Se toħroġ vara ġdida ta’ Kristu Rxoxt

F’Ħal Għaxaq din is-sena qed jiġi uffiċċjalment mikxuf l-Irxoxt il-Ġdid, maħdum fl-injam mill-Kav. Alfred u Aaron Camileri Cauchi.

Dan wara li l-istess vara ġiet miżbugħa u indurata bid-deheb.

Il-Paroċċa ta’ Ħal Għaxaq, b’ferħ kbir irringrazzjat mill-qalb lill-benefatturi ta’ din l-opra kbira tal-arti, li offrew id-donazzjonijiet.

Il-benefatturi taw b’donazzjoni wkoll il-bankun u l-bradella li jikkumplimentaw lill-istess vara.

Għalhekk il-parroċċa ta’ Ħal Għaxaq, illum fil-festa tal-Ghid se toħroġ din il-vara proċessjonalment mat-toroq ta’ Ħal Għaxaq, għall-ewwel darba, fis-sena li fiha l-Parroċċa qed tiċċelebra l-400 sena mit-twaqqif tagħha.