Aktar kmieni llum ġie identifikat il-katavru li kien instab fil-Bajja ta’ San Ġorġ lura fit-18 ta’ Jannar, Samiel Daroussi, Franċiż ta’ 30 sena.
Ġie stabbilit ukoll li Samiel Darousi kien ġie rrapportat nieqes lill-Pulizija fis-6 ta’ Jannar ta’ din is-sena.
Dan filwaqt li l-katavru kien ittella’ mill-Bajja ta’ San Ġorġ fis-siegħat bekrin tal-Ħadd 18 ta’ Jannar, wara li l-Pulizija kienet ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar.
Il-Pulizija kienet marret fil-post u sabet katavru ta’ raġel li mill-ewwel investigazzjonijiet kien deher li l-ġisem kienu ilu fil-baħar għal diversi jiem.
Intant, wara li saru t-testijiet kollha meħtieġa, ġie kkonfermat li kien l-istess persuna li kien ġie rapurtat nieqes.
Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

