Knisja Lokali

Illum pajjiżna jiċċelebra l-Għid il-Kbir; l-akbar Festa tal-Knisja Kattolika

Illum pajjiżna jiċċelebra l-ikbar festa tal-Knisja Kattolika – l-Għid il-Kbir – festa li matulha jitfakkar il-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesu.

Intant Matul il-jum, numru kbir ta’ bliet u rħula jorganizzaw il-purċissjoni bil-vara ta’ Kristu Rxoxt; filwaqt li f’parroċċi varji isirit-tberik tal-figolli – hekk kif din il-festa għadha popolari ferm magħna l-Maltin.

Tradizzjoni li ma qatgħet xejn hija dik li f’Ħadd il-Għid issir il-ġirja bil-vara tal-Irxoxt, propju fil-jum li fih il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-akbar festa fil-kalendarju liturġiku tagħha; dik li tfakkar il-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù Kristu.

B’din it-tradizzjoni li għadha b’saħħitha ferm anka fost it-tfal u ż-żgħażagħ, f’xi lokalitajiet, din tinġarr fuq l-idejn. U oħrajn jiġru bl-Irxoxt fuq spallejhom – fost iċ-ċapċip u l-ferħ tan-nies preżenti, u d-daqq tal-marċi, jew il-valzi tradizzjonali.