Skont il-gazzetta Taljana, La Repubblica, it-tim nazzjonali Taljan talab bonus ta’ €300,000 qabel il-play-off deċiżiv tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Bożnija u Ħerzegovina, li kien ifisser madwar €10,000 għal kull plejer, kemm il-darba t-Taljani kienu se jikkwalifikaw.
Skont dak li żvelat din il-gazzetta Taljana, dak li llum hu l-ex kowċ tal-Italja, Gennaro Gattuso waqqaf in-negozjati minnufih għaliex ħass li l-imġieba u t-talba tal-plejers kien qed jinterpreta bħala li l-plejers kien aktar moħhom f’bonus finanzjarju, f’mument tant kruċjali għall-Ażżurri fejn l-aktar ħaġa important kienet li tinżamm konċentrazzjoni massima. Dan il-fatt, qalet La Repubblica nislet sens ta’ frustrazzjoni f’Gattuso u intervjena personalment biex iwaqqaf kwalunkwè diskussjoni u negozjati li kien qed isir mill-plejers mal-FIGC għal bonus finanzjarju, bl-eks plejer tat-tim nazzjonali Taljan qal lill-plejers kollha fl-iskwadra għal partiti ta’ dan it-tip, il-bonus miksub ikun bir-riżultati u l-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja u mhux bil-flus.
Wara li nhar it-Tlieta li għadda, l-Italja tilfet bil-penalties, Gattuso rrifjuta li jibqa’ fit-tmexxija, minkejja li kien hemm min prova jikkonvinċiħ jibqa’. Ir-riżenja tiegħu wasslet għal kollass fit-tmexxija tal-futbol Taljan, b’Gabriele Gravina u Gianluigi Buffon ukoll jitilqu.
Il-Federazzjoni issa tinsab fi stat ta’ kriżi totali, wara li għat-tielet darba konsekuttivament, wieħed mill-pajjiżi b’storja ta’ success f’din l-akbar kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja, reġa’ falla l-mira li jagħmilha fost il-pajjiżi finalisti. Il-kwistjoni tal-bonus żiedet il-kontroversja, b’ħafna jikkritikaw in-nuqqas ta’ umiltà li teżisti fost il-plejers ta’ din il-ġenerazzjoni Taljana, li għal darba, darbtejn, tlieta, umiljat lil nazzjon sħiħ b’eliminazzjoni fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għal edizzjoni ta’ Tazza tad-Dinja.
//= $special ?>

