Hekk kif kompliet teskala s-sitwazzjoni fl-Lvant Nofsani…wara tfittxija mill-Forzi Armati tal-Istati Uniti u l-Iran, għall-membru tal-ekwipaġġ wara li fighter jet Amerikan ġie attakkat u waqa’ fin-naħa t’isfel tal-Iran, Trump iddikjara li ġie salvat.
Rapporti jgħidu li fighter jet tat-tip F-15 kellu żewġ membri abbord. Wieħed mill-pilota rnexxielu jiġi salvat, filwaqt li l-ieħor spiċċa nieqes….bil-President tal-Istati Uniti jisħaq li issa ġie salvat.
Liema operazzjoni ta’ salvataġġ kienet tirrekjedi ġlied pjuttost qalil bejn il-Forzi Amerikani u dawk Iranjani.
Fl-istess ħin, Iżrael qal li wettaq xi attakki fuq infrastruttura kritika f’Tehran, fl-Iran.
//= $special ?>

