Anzjan ta’ 87 sena residenti Ħal Lija, jinsab l-isptar jissielet għal ħajtu wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tall-vettura tiegħu u ħabat f’siġra bil-karozza tiegħu tat-tip BMW.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-05:00 pm, fi Triq in-Nutar Zarb, Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħu l-puilizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu flimkien ma’ ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-anzjan sofra ġrieħi ta’ natura serja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


