Sport

Cambridge jirbħu t-tellieqa klassika fl-Ingilterra

Għas-seba’ darba fl-aħħar tmien snin Cambridge rebħu t-tellieqa klassika tal-qdif bejn eqdem żewġ universitajiet fl-Ingilterra: Oxford u Cambridge li bħala favoriti ma ddiżappuntawx u rebħu l-edizzjoni 2026 f’kompetizzjoni li ilha ssir mill-1829.

Biż-żewġ dgħajjes ifittxu l-kanal tan-nofs fix-xmara Thames fir-raba’ minuta kien hemm ir-riskju li ż-żewġ crews jidħlu f’xulxin b’Oxford ikunu mwissija.

Għall-ewwel darba fi storja ta’ 197 sena iż-żewġ captains kienu Franċiżi b’Noam Mouelle għal Cambridge u Tobias Bernard minn Londra iżda iben Franċiż u omm Franco_ Amerikana għall-ekwipaġġ ta’ Oxford.

Fir-rotta ta’ 6.9 kilometri bejn Putney u Chiswick kienu Cambridge li fl-aħħar terz tar-rotta żiedu l-kolpi u għalqu b’distakk vantaġġ ta’ 11.02 sekondi fuq Oxford. Wara r-riżultat ta’ din is-sena Cambridge rebħu 88 darba u Oxford 81 darba.

Aktar qabel saret il-kategorija tan-nisa mirbuħa minn Oxford wara li kienu tilfu l-aħħar tmien edizzjonijiet.