Tliet persuni tilfu ħajjithom u oħrajn sfaw feruti wara attakki bi drones mir-Russi fuq il-belt ta’ Odessa.
Il-media internazzjonali qed tirrapporta li fost il-vittmi, kien hemm ukoll tarbija.
L-attakk minn naħa ta’ Moska seħħ f’Ħadd il-Għid – tard bil-lejl.
Intant, ir-ritaljazzjoni minn naħa ta’ Kiev wasslet biex anke bastimenti merkantili Russi sofrew ħsarat. Wieħed minn dawn il-vapuri qed jingħad li għereq fil-baħar Azov.
//= $special ?>

