Lokali Qorti

€1,200 multa talli weġġgħet gravi sewwieq ta’ mutur

Cecilia Mericieca ġiet immultat 1,200 ewro wara li nstabet ħatja li kkaġunat ġrieħi gravi lil sewwieq ta’ mutur f’inċident tat-traffiku li seħħ fin-Naxxar fis-16 ta’ Jannar tal-2025.

Mercieca kienet akkużata wkoll li saqet b’manjiera traskurata, u perikoluża.

Wieħed mix-xhieda qal li dak il-ħin tal-inċident ra mutur jaqbeż trakk u wara pprova jaqbeż ukoll vettura.

L-istess vettura xegħlet l-indicator u kienet se tikser għal fuq residenza fil-ġenb – lejn il-lemin. Ir-raġel kompla jgħid li dak il-ħin il-mara laqtet il-mutur u tilef il-bilanċ – bis-sewwieq jispiċċa jindarab gravi

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici sab lill-akkużata ħatja li saqet b’manjiera traskurata u li kkaġunat ġrieħi gravi lir-raġel.

Fl-istess waqt ma sabhiex li saqet b’manjiera perikoluża. Minbarra l-multa ta’ €1,200, l-Maġistrat skwalifikalha l-liċenzja tas-sewqan għal xahar u naqqsilha 4 punti minnha.