Kunsilli Lokali Lokali

Fl-aħħar ammettiet li l-maġġoranza f’Birkirkara hi tal-Partit Nazzjonalista

Ammissjoni ċara. Il-PN għandu l-maġġoranza tal-voti f’Birkirkara.

Dan intqal mill-kunsilliera tal-Labour Yana Debono Grech waqt intervista fejn bi kliemha ammettiet li l-Partit Laburista m’għandux maġġoranza f’Birkirkara. Tant li dan il-kunsill qed jitmexxa mis-Sindku Nazzjonalista Desirei Grech.

Matul dawn is-sentejn, minħabba li l-Labour baqa’ jwebbes rasu u qatt ma ntlaħaq qbil fuq is-Sindakat, il-Kunsill ta’ Birkirkara baqa’ jivvota kull tliet xhur għas-Sindku – għaliex bħala siġġijiet hemm sitta tal-PN, sitta tal-Labour u wieħed indipendenti. U f’ċirkustanza bħal din, il-liġi hija ċara – kif ammettiet Yana Debono Grech innifisha.

Minħabba li l-Labour baqa’ jwebbes rasu fuq qbil, kull tliet xhur qed jibqa’ jittieħed vot għas-sindakat ta’ Birkirkara.