Lokali Parlament

Il-Ministru Clifton Grima ma jweġibx

Il-Ministru Clifton Grima ma qalx jekk kienx hemm persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra li kienu akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan.

Qabel ma aġġorna l-Parlament għall-waqfin tal-Għid, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, ma weġibx dwar kemm kienu l-persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra u jekk kienx hemm minnhom li kienu akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan.

Il-Ministru Clifton Grima wieġeb biss li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.