Inter għelbu lil Roma b’mod konvinċenti 5-2 f’San Siro, f’dik li kienet l-aktar logħba mistennija mill-programm ta’ partiti li kelna l-bieraħ il-Ħadd mis-Seirie A. B’din ir-rebħa, Inter issa għandhom vantaġġ ta’ disa’ punti fuq Milan fil-quċċata tal-Kampjonat. Lautaro Martínez fetaħ l-iskor wara minuta, u minkejja li Roma ġabu d-draw permezz ta’ Gianluca Mancini, Inter reġgħu ħadu l-kontroll tal-logħba. Kien Hakan Çalhanoglu li skorja b’xutt mill-bogħod għal 2-1 qabel il-mistrieħ, u fit-tieni taqsima Marcus Thuram, Lautaro Martinez u Nicolò Barella żiedu aktar goals.
Roma naqqsu d-distakk permezz ta’ Lorenzo Pellegrini, iżda ma setgħux iwaqqfu s-superjorità ta’ Inter. Din ir-rebħa tkompli tikkonferma l-forma dominanti ta’ Inter, b’ċans tajjeb li jkunu huma li jirbħu l-Iscudetto fl-aħħar tal-istaġun.
B’żewġ gowls fl-ewwel 16-il minuta logħob, Bologna kisbu tliet punti oħra u barra minn dahrom għelbu lil Cremonese 2-1. Wara tliet minuti, João Mariò fetaħ l-iskor u 13-il minuta wara, Bologna għamluhom 2-0 b’konkluzzjoni tal-eks plejer ta’ Marseille, Jonathan Rowe.
Ir-risposta ta’ Cremonese waslet tard wisq fil-logħba u rrnexxilhom biss inaqsu l-iskor fil-91 minuta minn penalty mogħti minn Federico Bonazzoli.
Torino kisbu l-għaxar rebħa tal-Kampjonat dan l-istaġun meta f’partita oħra li ntlagħbet il-bieraħ mil-31 ġurnata tas-Serie A, huma għelbu lil Pisa 1-0 fi Stadio Romeo Anconetani. Il-gowl waħdini u li ta tliet punti important lit-Toro kien skorjat għaxar minuti mit-tmiem. Kienet azzjoni ta’ Marcus Pedersen, bis-sostitut Che Adams ikkonkluda wara l-goalkeeper Adrian Semper biex b’hekk il-logħba ntemmet 1-0.
B’din ir-rebħa, l-iskwadra taħt it-tmexxija ta’ Roberto D’Aversa telgħet fit-12-il post tal-klassifika, filwaqt li bil-Kampjonat riesaq lejn it-tmiem, l-indikazzjonijiet huma li Pisa se jkunu wieħed mit-timijiet li se jkunu relegati.
//= $special ?>

