L-Iskola tal-Ibburjdar tar-Royal Malta Yacht Club kisbet riżultati sodisfaċenti fis-Sailing Point Easter Regatta 2026, li saret f’Portorož, is-Slovenja fejn il-baħħara żgħażagħ tal-Optimist taw prestazzjonijiet konsistenti fost flotta internazzjonali kompetittiva.
Ir-regatta ġabret 396 baħħar minn 15-il pajjiż, u saħħet il-pożizzjoni tagħha bħala waħda mill-avvenimenti ewlenin fuq il-kalendarju Ewropew tal-ibburdjar għaż-żgħażagħ.
Il-kontinġent tar-Royal Malta Sailing School kien immexxi mit-Team Leader Rachel Ferry u mill-Head Coach Ruya Cakmakli, b’sitt atleti jirrappreżentaw lill-Club: Gianni Bianchi, Polina Chaplytska, Jaime Escudero Carra, Ethan Kodjaazliev, Marko Kuvichkin u Ben Spiteri Bailey.
L-ewwel jumejn kienu ddedikati għat-tellieqa ta’ kwalifikazzjoni, segwiti minn tiġrijiet finali matul l-aħħar jumejn. Il-programm tlesta kollu, b’10 tlielaq fil-Gold Fleet u 9 fis-Silver Fleet. Fost 93
parteċipant Gianni Bianchi spiċċa fil-11-il post wara serje ta’ prestazzjonijiet konsistenti, li kienu jinkludu rebħa fl-aħħar tiġrija u t-tieni post fit-tieni tellieqa. Ethan Kodjaazliev temm fil-31 post.
Fis-Silver Fleet fost 92 parteċipant Jaime Escudero Carra kiseb it-2 post fil-Silver Fleet, riżultat b’saħħtu fi ħdan grupp kbir u kompetittiv.
Fost dawk li kkompetew ukoll fis-Silver Fleet kien hemm Marko Kuvichkin fl-34 post, Ben Spiteri Bailey fit-62 post u Polina Chaplytska fis-77 post.



