Fl-Azzjoni Liturġika tal-Adorazzjoni tas-Salib, il-Ġimgħa, l-Isqof ta’ Għawdex, Anton Teuma, ippreżenta riflessjoni profonda u mimlija tama dwar it-tbatija umana fid-dawl ta’ Ġesù Msallab.
Fl-omelija tiegħu l-Isqof beda billi fakkar li f’Ġesù Msallab hemm wisa’ għal kull tip ta’ tbatija li nġarrbu: dik tal-ġisem, tal-qalb u tal-moħħ. Il-figura ta’ Kristu msallab mhix biss simbolu reliġjuż, iżda realtà li tirrifletti l-esperjenza universali tal-bniedem. F’dak il-ġisem imbiċċer u f’dik il-qalb imkissra, kull persuna tista’ tagħraf il-weġgħat tagħha stess.
Fl-aħħar nett, l-Isqof Teuma stieden l-insara jaraw lilhom infuhshom bħala żerriegħa. Stqarr, “Bħal Kristu, aħna msejħin biex, anke permezz tat-tbatija, nagħtu l-ħajja.
Temm jisħaq li din ir-riflessjoni hija partikolarment rilevanti fi żminijiet ta’ inċertezza u diffikultà. Xi ħaġa li tfakkarna li, minkejja kollox, hemm “ġnien” li jistenniena – spazju fejn il-mewt tinbidel f’ħajja.
//= $special ?>

