Lesti biex nirrispondu għall-ġennati tal-President tal-Istati Uniti; għaliex l-Amerikani mhux vera li lesti għal waqfien mill-ġlied.
Din hija l-pożizzjoni uffiċjali li ħarġet minn naħa tal-Iran, hekk kif l-azzjonijiet ta’ Trump ġew deskritti bħala “ġennata” – speċjalment wara l-attakki li allegatament seħħew fuq Università f’Teheran.
Fil-fatt, fl-aħħar sigħat, ma qatgħu xejn l-attakki minn naħa ta’ Iżrael u l-Istati Uniti fuq il-kapitali Iranjana.
Dan apparti li kien konfermat il-qtil tal-Kap tal-Intelligence tal-Gwardja Rivoluzzjonarja tal-Iran – il-Ġeneral Majid Khademi – li ġie deskritt mit-tmexxija ta’ Teheran bħala “martri”.
Il-Ġeneral Khademi kien laħaq fil-kariga f’Ġunju tal-2025 flok il-Ġeneral Mohammad Kazemi li wkoll kien inqatel f’attakk.
Il-qtil tal-Ġeneral Khademi seħħ fl-isfond tat-theddida tal-President Amerikan Donald Trump li se jseħħ attakk kbir.
Trump, fil-fatt, ta ultimatum lill-Iran biex sat-Tlieta filgħaxija jiftaħ ir-rotta ta’ Hormuż li qed tkun affetwata direttament minn dan il-kunflitt.
L-Iran wieġeb billi qal li fl-aħħar 24 siegħa, 15-il vapur tħallew jgħaddu minn din ir-rotta. U nsista li Hormuz huwa magħluq biss għall-għedewwa tiegħu.
Intant, l-aħħar dikjarazzjonijiet kontroversjali tal-President Trump wasslu biex il-prezz taż-żejt laħħaq il-110 dollari-il barmil. Apparti minn hekk, kompliet ir-ritaljazzjoni tal-Iran, anke b’attakki direzzjonati lejn il-Kuwajt. Fejn sitt persuni sfaw feruti f’zona residenzjali.
//= $special ?>

