L-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar ħames snin dejjem żdied, bin-numru jiżdied minn 35 fl-2021 għal 89 każ pendenti s-sena li għaddiet.
Jirriżulta li fl-2022 kien hemm 44 każ ta’ separazzjonijiet pendenti; fl-2023 65 każ pendenti; u fl-2024 82 każ pendenti. Din is-sena sas-16 ta’ Marzu kien hemm pendenti 14-il każ.
L-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar snin irriżulta minn mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Johnathan Attard.
//= $special ?>

