Lokali

L-Artemis II se ddur mal-qamar aktar tard illejla

Rotta li se tieħu seba' sigħat

Aktar tard illejla, il-missjoni spazjali Artemis II se tkun qed iddur mal-orbita tal-qamar – l-ewwel darba f’ħamsin sena li se nkunu qed nesperjenzaw missjoni ta’ dan it-tip.

Dan il-pass storiku se joffri mhux biss veduti uniċi għall-astronawti li hemm fl-ispazju, iżda wkoll mumenti ta’ ansjetà; għaliex għal perijodu ta’ ħin se jkun qed jinqata’ kompletament il-kuntatt bejn ix-shuttle u l-bażi tan-NASA fuq l-art.

Intant, jidher li r-rotta tax-shuttle madwar il-qamar kapaċi ddum seba’ sigħat sħaħ – mis-7:30pm, ħin ta’ Malta, sas-2:30am.