Lokali Parlament

Ma jingħadx jekk l-istudenti humiex qed jingħataw taħriġ

ll-Ministru Clifton Grima ma qalx jekk l-istudenti li ngħatalhom laptop, humiex qed jingħataw taħriġ dwar kif jużaw laptop.

ll-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello li b’referenza għall-istudenti li ngħatalhom laptop, staqsiet jistax il-Ministru jgħid jekk l-istudenti li ngħatalhom laptop, humiex qed jingħataw taħriġ dwar kif jużaw laptop.

Il-Ministu Clifton Grima qal biss li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.