Lokali Parlament

Ma qalx in-nefqa għal Malta Vision 2050

ll-Ministru Silvio Schembri ma qalx fil-Parlament kemm kienet in-nefqa fuq il-branding ta’ Malta Vision 2050.

Id-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello staqsiet bil-miktub lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi; jgħid kemm kienet in-nefqa fuq il-branding ta’ Malta Vision 2050.

ll-Ministru Silvio Schembri wieġeb biss li l-mistoqsija trid issir lill-Ministru kkonċernat.