Il-kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa ta’ Malta, Manuela Tesse, ħabbret uffiċjalment l-iskwadra tagħha għall-konfronti importanti kontra l-Irlanda ta’ Fuq fil-Kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew League B.
Malta se tilgħab l-ewwel partita barra minn darha fl-14 ta’ April fis-7:00pm, filwaqt li t-tieni logħba se tintlagħab f’pajjiżna, fiċ-Centenary Stadium, fit-18 ta’ April fl-istess ħin.
S’issa, it-tim Malti lagħab żewġ partiti f’dan il-grupp, fejn sofra telfa ta’ 3-0 kontra t-Turkija u telfa oħra ta’ 4-1 kontra l-Iżvizzera.
Dawn huma l-plejers magħżula minn Tesse:
Goalkeepers: Maya Cachia, Raisa Costantino, Giulia D’Antuono, Patricia Ebejer
Difensuri: Tammy Falzon, Stephania Farrugia, Jade Flask, Alexandra Gatt, Oceane Grange, Emma Lipman, Maya Lucia, Emma Xuereb
Midfielders: Jana Barbara, Brenda Borg, Crista C. Ganado, Rachel Cuschieri, Nicole Sciberras, Shona Zammit
Attakkanti: Leah Ayres, Haley Bugeja, Yulya Carella, Lexine Farrugia, Maria Farrugia, Sara Saliba, Kailey Willis.


