Ramona Vassallo tressqet il-Qorti mixlija li insultat u ma kkoperatx mal-pulizija waqt arrest li sar fl-14 ta’ Marzu li għadda fil-Ħamrun.
Fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Wayne Bonello qal li kien infurmat mill-pulizija tad-distrett li Vassallo kienet ġiet arrestata fuq mandat minħabba li naqset milli tidher il-Qorti.Huwa spjega li waqt l-eżekuzzjoni tal-mandat, Vassallo bdiet tgħajjat u tinsulta lill-pulizija, inkluż lis-Supretendent Godwin Xerri, fejn allegatament sejħitlu “korrott”. Skont l-Ispettur, il-mara ġiet arrestata wkoll fuq akkużi ta’ inġurja minħabba li ma kinitx qed tikkopera mal-pulizija.
Fix-xhieda tagħha, Vassallo ċaħdet xi wħud mill-allegazzjonijiet u sostniet li s-Supretendent ried jeħdilha l-kelb tagħha u spjegat li tgħix barra minħabba li tirrifjuta tmur f’shelter biex ma titlifx lill-annimal tagħha.
Il-Qorti semgħet ukoll lix-xhud mid-Deputat Reġistratur tal-Qrati dwar kwistjonijiet relatati mal-ħelsien mill-arrest, fejn intqal li kien hemm diffikultà biex jinstab dokument relatat. Il-każ ġie differit għall-15 ta’ April fid-9:30am, meta mistennija tkompli tinstema’ x-xhieda.


