Napoli għelbu lil Milan fi Stadio Diego Armando Maradona bl-iskor finali ta’ 1-0 permezz tal-gowl tal-internazzjonali Taljan Matteo Politano fid-79 minuta.
Atalanta resqu iżjed viċin post mal-ewwel sitta hekk kif għelbu lil Lecce 3-0. Minn naħa tagħhom, Lecce waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni hekk kif jinsabu fit-18-il post b’total ta’ 27 punt wara 31 partita.
La Dea jiskorjaw wara 27 minuta b’gowl mill-isbaħ mid-difensur Giorgio Salvini li rċieva f’tarf il-kaxxa, qabeż id-difensur ta’ Lecce u daħal fil-kaxxa fejn hemm ikkonkluda bis-saħħa fil-baxx.
Atalanta rnexxielhom jiskorjaw gowl fil-50 minuta permezz ta’ Ederson, pero l-gowl kien imħassar wara konsultazzjoni tar-referee La Penna mal-VAR.
8 minuti wara Atalanta jiskorjaw it-tieni gowl tal-partita, din id-darba validu permezz tal-eks Nikola Kristovic.
Fit-73 minuta, Giacomo Raspadori jagħmel l-iskor 3-0.
Juventus resqu iżjed viċin post mal-ewwel erbgħa wara li għelbu lil Genoa 2-0, b’prestazzjoni b’saħħita fl-ewwel taqsima.
Wara 4 minuti l-Bianconeri diġa fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras b’saħħita ta’ Gleison Bremer. Ftit ta’ ġranet ilu, Bremer skorja l-ewwel gowl tiegħu man-Nazzjonali tal-Brażil fit-telfa tagħhom kontra Franza.
L-Amerikan Weston Mckennie kkonkluda kontrattakk veloċi ta’ Conceicao fis-17-il minuta biex għamel l-iskor finali 2-0.
Como tilfu żewġ punti hekk kif temmew fi draw ta’ bla gowls kontra Udinese. Sfortuna kbira għat-tim ta’ Fabregas li qiegħed jiġġieled għall-post mal-ewwel erbgħa.
Napoli jegħlbu lil Milan u jitilgħu fit-tieni post, Juventus jieħdu vantaġġ miż-żelqa ta’ Como u Roma


