Żagħżugħ ta’ 18-il sena tpoġġa taħt probation għal 3 snin wara li ammetta li ffastidja lin-nanniet tiegħu biex jagħtuh il-flus ħalli ikollu x’jilgħab.
Iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Nadia Helena Vella wara rapport li sar fil-konfront tiegħu min-nanniet stess – li jgħixu f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-ġuvni kien mixli bi vjolenza psikoloġika fil-konfront tan-nanniet tiegħu.
Fil-Qorti, l-prosekuzzjoni spjegat kif in-nanniet tawh mal-€21,000.
U meta ma kinux jagħtuh flus kien jheddidhom; tant li darba għamel anke theddid b’sikkina.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Christian Cauchi waqt li ż-żagħżugħ kellu jiddefendih lill-Avukat Yanika Barbara.
//= $special ?>

