Colin Schembri
Luxol Sherries Estates….83
(11-19)(31-16)(39-19)(20-29)
Wara l-intervall, Starlites bdew b’żewġ trippli minn Scerri u Felice Pace u minkejja li Luxol irrispondew bil-baskets ta’ Xuereb, Howard u Brewer Starlites malajr ġew lura b’aktar trippli din id-darba minn Threadgill u Miguel Fabri. Luxol komplew jitħabtu bil-punti ta’ Brincat u Johnson però Starlites għalqu t-taqsima bi 13-il punt mingħajr risposta għal skor ta’ 81-54. Sar-raba’ minuta tal-aħħar taqsima, Starlites kienu 29 punt minn fuq 90-61 u hawn Luxol għamlu sforz ieħor li ssarraf f’run ta’ 14-0 b’żewġ trippli ta’ Brewer u waslu sa’ 15-il punt ‘l bogħod. Il-ħin però kien favur Starlitss u hekk kif fl-aħħar erba’ minuti iż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin, huma setgħu jikkontrollaw il-vantaġġ li kellhom biex fetħu s-serje b’rebħa ta’ 101-83.
Starlites Revive: A. Felice Pace 24, K. Fabri, T. Fee 14, A. Aquilina, I. Felice Pace 3, M. Fabri 5, Z. Said Hollier, M. Scerri 15, J. Iturmendi 12, J. Threadgill 22, K. Xuereb, M. Jallow 6.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 26, A. Azzopardi, I. Azzopardi, N. Xuereb 14, J. Johnson 5, M. Brincat 5, M. Iloube, X. Brewer 31, S. Cappello 2.
Referees: Bernard Vassallo, Leonardo Silvero, Wendell Lim
Hibernians…………….80
The Plaza Depiro….51
(30-9)(18-10)(14-12)(18-20)
Ic-champions Hibernians ukoll bdew is-semifinali tagħhom b’rebħa kbira meta għelbu lil The Plaza Depiro 80-51 f’partita li ddeċidewha kmieni b’bidu qawwi u vantaġġ kbir diġà fl-ewwel sessjoni. Hibs żammew il-kontroll għal kważi l-logħba kollha (aktar minn 39 minuta minn fuq) u kienu aktar effiċjenti fl-attakk b’1.02 punti kull pussess. Id-difiża tagħhom kienet determinanti wkoll, b’limitazzjoni qawwija ta’ Depiro għal percentwal baxx ħafna mit-tiri u biss 51 punt. Barra minn hekk, Hibernians kienu aktar konkreti fit-transizzjoni b’22 punt mill-fast break u kellhom ukoll vantaġġ ċar fit-tieni opportunitajiet, fatt li kkonferma s-superjorità tagħhom tul il-konfront kollu. Hibs ħasdu għal kollox lill-avversarji fl-ewwel minuti tal-partita hekk kif bdew b’run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Ivan Demcesen u punti minn Ayo Ajiboye, Luke Farrugia u Deonte Jackson. L-ewwel risposta ta’ Depiro ġiet minn Felix Uadiale però Hibs komplew b’run oħra ta’ 11-0 fejn kellhom tlett trippli wara xulxin minn Piotr Stelmach, Elijah Simmons u Jackson. Depiro naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Jean Paul Schembri però Hibs temmew is-sessjoni 30-9 minn fuq. It-trippli ta’ Hibs komplew ankè fil-ftuħ tat-tieni perjodu bi tnejn wara xulxin minn Matthew Gouder. Depiro kellhom punti konsekuttivi minn Trevon Reddish qabel ma Hibs għalqu l-perjodu bi break ta’ 8-2 bi trippla ta’ Stefan Simic u daħlu jistrieħu 48-19 minn fuq.
Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin b’Reddish jibqa’ l-aktar attiv għal Depiro. F’nofs it-taqsima, Hibs għamlu break ieħor ta’ 10-1 bi trippla ta’ Luke Farrugua u aktar punti minn Demcesen u Gouder għal skor ta’ 62-28. Sean Galea bi trippla u Uadiale wieġbu għal Depiro però d-distakk kien ta’ 31 punt fi tmiem il-perjodu bil-Hibs fuq quddiem 62-31. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata però bil-Hibs jibqgħu dejjem fil-kontroll. Wara 5 punti mingħajr risposta minn Depiro, il-Pawlisti kellhom run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Ajiboye. Fl-aħħar minuti kien hemm trippla fuq kull naħa minn Cameron Cornelius għal Depiro u Stelmach għal Hibs li finalment rebħu l-partita 80-51.
Hibernians: N. Cassar 4, E. Simmons 3, A. Ajiboye, L. Farrugia 6, P. Stelmach 9, M. Gouder 8, D. Jackson 18, M. Attard 3, T. Gjurovski, I. Demcesen 14, S. Simic 3.
The Plaza Depiro: S. Galea 1, T. Reddish 15, J. Micallef, N. Zivkovic 3, L. Stefanovic, JP Schembri 3, A. Trapani, S. Kenely, C. Cornelius 6, F. Uadiale 14, M. Debattista, N. Bozovic 9.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Florentina Ciurariu, Miguel Pablo De Flavia
//= $special ?>

