Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Raħal Ġdid


Żagħżugħ ta’ 20 sena li jgħix Bormla, weġġa’ gravi wara li intlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti Bormla wkoll.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 1200 pm fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejħu l-pulizija sabiex jassistu filwaqt li ż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin