Il-Ministru Anton Refalo qed jibqa’ jdawwar il-kliem dwar waħda mill-proprjetajiet tiegħu f’Għawdex – fejn l-ewwel stqarr mar-Rai li ma jafx meta akwistaha, imbgħad iddikjara li mhix tiegħu.
Dan kollu seħħ hekk kif il-ġurnalisti Taljani komplew jinvestigaw il-każ tal-villa fil-Qala li kienet tinkera lill-kap tal-mafja Toto Riina.
Din il-propjetà hi tal-Ministru Anton Refalo. Iżda mal-preżentatur Massimo Giletti, Refalo qal li mhix tiegħu. B’Giletti jfakkar li huma għandhom ir-recording tal-Ministru jgħid eżattament l-oppost.
Massimo Giletti, li jippreżenta Lo stato delle Cose, stqasa wkoll jekk Refalo għandux xi ħaġa x’jaħbi.
Fil-fatt, meta ġie affrontat bid-domandi tal-ġurnalist Silvio Schembri, Anton Refalo ħarab minn quddiem id-dar tiegħu permezz ta’ vann. Dan wara li ftit tal-mumenti qabel kienu iffilmjaw ħiereġ mill-proprjetà b’pittura kbira f’idejh.

Spikka wkoll il-fatt li Anton Refalo stqarr illi hu ma jafx min hu Toto Riina – lanqas ma jaf meta iżżewweġ – u ma jafx min kien is-sid ta’ qablu li kellu din il-villa fil-Qala. B’Rai jikxfu kif issa, għal xi raġuni, Anton Refalo qed ibiddel kliemu.
Fil-programm, ħareġ ċar li Toto Riina kien ilu mis-snin 70 jiffrekwenta pajjiżna. Tant li wara li żżewweġ fl-1974 ma’ martu Ninetta, kienu qattgħu l-honeymoon f’Malta.
Mar-Rai, il-mafjuż Gaetano Grado ddikjara anke li Toto Riina kellu kuntatti ma’ “persuni prominenti” f’pajjiżna.
//= $special ?>

