Il-Ministru Clint Camilleri, il-Ministru JoEtienne Abela u s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg kollha jafu minn kien il-kap tal-mafja Toto Riina. Dan hekk kif fiċ-ċrieki tal-Gvern, ħafna għadhom qed jistaqsu għaliex Anton Refalo ħassu skomdu jwieġeb lill-ġurnalisti Taljani jekk veru m’għandu xejn x’jaħbi.
Ma’ Net News, il-Ministru Għawdxi Clint Camilleri – li hu propju mill-Qala – stqarr li hu jaf minn hu Toto Riina.
Anke l-Ministru Jo Etienne Abela qal li jaf min hu, filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li kulħadd jaf min hu Toto Riina. U spiċċat tmerri dak li qal l-istess Ministru Refalo.
Bil-Ministri tal-Gvern jippruvaw jaqtgħu fil-qasir biex ma jitkellmux fuq din it-tema.
Dan l-istazzjon staqsa wkoll lill-Ministru Clint Camilleri jekk hu kienx jaf li fid-dar ta’ Refalo fil-Qala fil-passat kien jgħix Toto Rina.
Iżda l-Ministru għal Għawdex li kien ukoll Sindku tal-Qala qal li ma kienx jaf li kien jgħix dan il-mafjuż. Meta skont l-investigazzjoni tar-Rai, raħal sħiħ kienu ilu jaf snin b’dan is-sigriet magħruf – minn mindu fis-snin sebgħin u tmenin Toto Riina beda jiffrekwenta Għawdex.
Intant, il-Partit Nazzjonalista appella lil Anton Refalo biex jekk ma għandu xejn x’jaħbi, jikkjarifika l-fatti dwar dan il-każ u jgħidilna ċar u tond jekk id-dar fil-Qala hix tiegħu u kif daħal fiha, inkella jekk krieha, mingħand min għamel dan.
U fid-dawl tal-fatt li qabel ħarab mill-post, Refalo kien iffilmjat ħiereġ mill-istess proprjetà b’pittura kbira f’idejh, ikun xieraq ukoll li Anton Refalo jispjega x’fiha din il-villa u jekk hemmx xogħlijiet artistiċi oħra fil-post, ta’ min huma, u kif dawn ġew akkwistati.
//= $special ?>

