“Ir-risposti ta’ Anton Refalo jqajjmu aktar mistoqsijiet minn dawk li evita li jwieġeb”.
Kienet din id-dikjarazzjoni li saret mil-għaqda Repubblika b’reazzjoni għall-istorja li sab ruħu fiha l-Ministru Anton Refalo, fejn ġurnalisti Taljani qed isaqsuh numru ta’ mistoqsijiet b’rabta ma’ villa li tagħha huwa propjetarju u li fiha allegatament kien jirrisjedi l-mafjuż Toto Riina.
Fi stqarrija, Repubblika spjegaw illi meta Rerfali kien preżentat bl-isem ta’ Riina, li Repubblika ddiskrevietu bħala l-aktar boss mafjuż Sqalli fl-istorja moderna, huwa wieġeb li ma jafx min hu, risposta li kienet surreali.
Madanakollu, huma spjegaw li, li Ministru preżenti ma jridx iwieġeb mistoqsija li qed issirlu mill-ġurnalisti dwar jekk hux minnu li l-propjetà tiegħu kienet rir-rifuġju tal-akbar mafjuż u x’jaf dwaru hija realtà preżenti.
Huma spjegaw illi l-kultura ta’ “mhux affarija”, kif fil-fatt wieġeb Refalo, hija l-omertà li tagħti l-poter lill-mafja.
Repubblika spjegaw ukoll illi jekk Ministru tal-Gvern ma jafx min hu Toto Riina, li huma spjegaw li ordna qtil u qatel mijiet ta’ persuni mela hija raġuni biżejjed biex jitlaq mill-politika u jmur lura jitgħallem l-iskola.
Fil-fatt, huma ddikjaraw li r-risposti li huwa ta lill-midja Taljana, jqajjmu aktar mistoqsijiet minn dawk “lii huwa evita li jwieġeb”.
//= $special ?>

