Internazzjonali

JD Vance jasal Budapest biex jagħti l-appoġġ lil Orban

Il-Viċi President tal-Istati Uniti JD Vance, fl-aħħar ħinijiet wasal Budapest fejn se jkun qed ikompli jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Prim Ministru Victor Orban, li huwa wieħed mill-alleati prinċipali ta’ Trump fl-Ewropa.

Vance huwa mistenni li jipparteċipa f’konferenza tal-aħbarijiet qabel ma jindirizza rally elettorali flimkien ma’ Orban fi stadium tal-football.

Dan wara li x-xahar li għadda, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal lill-Partit Konservattiv tal-Ungerija li Orban għandu l-appoġġ totali tiegħu

L-elezzjonijiet se jkunu qed isiru l-Ħadd li ġej, 12 ta’ April, u din qed tiġi meqjusa bħala l-iktar test difficli fil-karriera politika tiegħu li tmur lura għal kważi 40 sena.

Sa mill-2010 Orban rebaħ erba’ elezzjonijiet konsekuttivi. U Orban qiegħed jittama li Vance jikkonvinċi lil dawk l-Ungeriżi li għadhom indeċiżi dwar lil min se jivvutaw.