Fil-Bernabeu fi Spanja rebħa importanti għal Bayern Munich barra minn darhom għand Real Madrid bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Bayern Munich li marru fil-vantaġġ fil-41 minuta meta minn pass ta’ Serge Gnabry kien Luis Diaz li xeħet wara Courtouis għal 1-0. L-istess Bayern Munich irdoppjaw minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima meta din id-darba kien Harry Kane li fuq inseriment ta’ Michael Olise xeħet fix-xibka għal 2-0. Real Madrid naqqsu d-distakk fl-74 minuta meta Trent Alexander-Arnold sab lil Kylian Mbappe li kkonkluda fix-xibka għal 2-1.
F’Lisbona Arsenal kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Sporting. Il-gowl uniku tal-partita wasal fil-91 minuta meta minn pass ta’ Gabriel Martinelli kien Kai Havertz li niżżel tajjeb u b’xutt fil-baxx xeħet fix-xibka u ta’ vantaġġ għal Gunneres li se jieħdu magħhom għall-partita ta’ ritorn fl-Emirates Stadium.
Riżultati
Real Madrid v B.Munich 1-2, Sporting v Arsenal 0-1
//= $special ?>

